Friday, February 13, 2015

Cordoba f'Malta bil-medalji tat-tripletta



Il-kumitat ta’ l-Inter Club Pupi Zanetti Malta bi pjaċir iħabbar li nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu u nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu, il-player leġġendarju Ivan Ramiro Cordoba se jkun qed iżur Malta. Il-pubbliku Interist se jkun jista’ iġedded il-memorja tar-rebħ tat-tripletta għaliex b’mod esklussiv il-player se jkun qed jesponi l-medalji tiegħu. Kulħadd huwa mistieden li jieħu ritratt ta’ l-okkażjoni.
Dawn huma d-dettalji ta’ l-attivitajiet marbuta maż-żjara ta’ Cordoba:
- Nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu se tiġi organizzata gala dinner ġewwa il-lukanda ‘Radisson Blu Resort & Spa’, Golden Sands fit-8:00pm għal prezz ta’ €40. Dawk kollha li se jattendu għal din l-attivita se jkunu bi dritt li jieħdu ritratt mall-medalji tat-tripletta.

- Nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu Cordoba se jkun qed imexxi training camp fejn it-tfal, kemm bniet kif ukoll subien, huma mħeġġa li jipparteċipaw. B’kollox se jkun hemm żewġ sezzjonijiet għal prezz ta’ €35. L-ewwel sezzjoni se tkun qed issir mid-9:00 sal-11:30am filwaqt li t-tieni sezzjoni se tkun qed issir mis-2:30 sal-5:00pm. L-etajiet tat-tfal se jvarjaw minn 4 sa 15 –il sena.

Fl-istess ġurnata, f’nofsinhar, se jiġi organizzat VIP lunch fir-ristorant Wigi’s f’San Ġiljan għal prezz ta’ €60. Dawk li se jattendu se jkollhom l-okkażjoni unika li jieklu flimkien ma’ Cordoba kif ukoll jieħdu ritratt ta’ l-okkażjoni mall-medalji tat-tripletta. L-attivita hi miftuħa biss għal numru limitat ta’ 25 persuna u li għalhekk il-bookings se jittieħdu fuq bażi ta’ first come first served.

Il-flus kollha miġbura minn dawn l-attivitajiet se tibbenifika minnhom il- fundazzjoni “te quiere ver onlus” mmexxija minn Cordoba fejn tgħin tfal u familji ġewwa l-Kolumbja.


Bookings: Paul Fenech on 9949 4762