Nixtiequ nistiednuk ghal-Laqgħa Ġenerali Annwali li ħa ssir nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju ġewwa l-klabb tagħna fl-Imsida fis-7:30pm. Kull min jixtieq jattendi huwa mitlub li jkun postu sas-7:15pm.
Bħala membru tal-klabb għandek il-possibilita’ illi tissuġerixxi emendi
fl-istatut tal-klabb. Dawn is-suġġerimenti għandhom jaslu għand is-segretarja
permezz ta’ email sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 24 ta’ Lulju, 2015.
Dawk il-membri kollha li ħallsu t-tessera ghall-istaġun
kalċistiku
2015-2016 sad-data tal-laqgħa ġenerali annwali se jkunu fiċ-ċans li jgawdu minn waħda
mill-opportunitajiet li l-klabb se jkun qed joffri. Il-klabb qed joffri tlett
opportunitajiet differenti u l-membri se jkunu magħżula b'permezz
ta' polza waqt l-istess laqgħa. Wieħed mill-membri
se jsegwi logħba
tal-kampjonat u wara jkollu ikla mal-Vici President tal-Inter, il-leġġendarju
Javier Zanetti. Minbarra dan membru ieħor se jingħata l-premju
tal-ospitalita u xi ħadd ieħor il-preżentazzjoni
tat-trofew Calciatore dell'Anno
Grazzi tal-attenzjoni tiegħek,