Saturday, May 16, 2015

Tiġdid ta’ l-isħubija għall-istaġun 2015-2016.


Qed jasal fi tmiemu l-istaġun tal-futbol Taljan 2014-2015. Għalkemm ma kinx staġun sodisfaċenti, ilkoll kemm aħna bqajna nsegwu mill-qrib dan it-tim. 

Il-President u l-kumitat jirringrazzja lil kull individwu li kien ta’ kontribut lejn dan il-klabb li llum iħaddan numru sabiħ ta’ tifosi Interisti Maltin. Għalhekk nistiednuk li terġa’ iġġedded din il-fiduċja billi tissieħeb fl-Inter Club Pupi Zanetti Malta fl-istaġun 2015-2016. L-applikazzjonijiet ta’ l-isħubija diġa qed jiġu aċċettati. 

Il-prezz tal-membri adulti hu dak ta’ €20 filwaqt tat-tfal €12. Għal iżjed informazzjoni tistgħu tikkuntatjaw lil President Paul Fenech fuq 99494762 jew tibgħatu e.mail fuq ic.pupi.zanetti.malta@gmail.com.
Infakkrukom li l-aġġornamenti tal-klabb issibuhom b’mod regolari fuq is-sit www.icpupizanettimalta.com u l-paġna uffiċjali ta’ facebook https://www.facebook.com/icpupizanettimalta
The membership application can be downloaded from HERE

https://onedrive.live.com/view.aspx?cid=C84574804F60F63D&resid=c84574804f60f63d!178&app=WordPdf