Friday, April 10, 2015

Presentazione Claciatore dell Anno


Nhar il-Ħadd 3 ta’ Mejju membru ta’ dan il-klabb għandu l-opportunita li jitla jippreżenta trofew tal-Calciatore dell’Anno, u li dan se jkun mogħti lil Rodrigo Palacio.

Dan se jsir qabel il-logħba Inter vs Chievo li se tintlagħab fit-3pm. Dawk kollha interessati li jippreżentaw huma dan it-trofew, għandhom jibghatu e.mail fuq ic.pupi.zanetti.malta@gmail.com jew SMS fuq in-numru 79536241. Importanti li tniżżlu isimkom u kunjomkom, flimkien man-numru tal-karta ta’ l-identita’. Mhux se jiġu aċċettati nominazzjonijiet b’permezz ta’ telefonati.
 

Se jiġu aċċettati nominazzjonijiet ta’ dawk il-persuni li huma membri fi ħdan il-klabb u dan se jsir sa nhar l-Erbgħa 15 t’April u iżjed ‘il quddiem ikunu ikkuntatjati minn membru tal-kumitat sabiex jattendu għal-laqgħa fejn il-persuna se tkun magħżula bix-xorti.
Il-membru huwa responsabli li jagħmel l-arranġamenti meħtieġa kemm għall-ajru u lukandi. Il-kumitat ser ikun qed jieħu ħsieb li jibbukja l-biljett għal logħba msemmija. Il-konferma u l-ħlas tal-biljett għal-loghoba għandu jsir sa mhux aktar mill-Ġimgħa 17 t’April.