Tuesday, March 17, 2015

Javier Zanetti se jinawgura l-klabb Inter Club Pupi Zanetti Malta



L-Inter Club Pupi Zanetti Malta għandu l-pjaċir li jħabbar li l-klabb se jkun miftuħ uffiċjalment minn Javier Zanetti, nhar il-Ħamis 26 ta’ Marzu. Il-membri tal-klabb huma mistiedna li jattendu għall-istess ftuħ.
Wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ se jiġi organizzat riċeviment fil-lukanda Cavalieri, San Ġiljan. Kulħadd huwa mistieden li jattendi. Il-prezz ta’ l-adulti se jkun dak ta’ €20 filwaqt li tat-tfal €10. Il-qliegħ minn din l-attivita se jkun preżentat lill-fundazzjoni ‘Pupi’ immexxija minn Zanetti.
Kull min huwa interessat li jattendi għall-ftuħ tal-klabb u/jew għar-riċeviment għandu jibgħat e.mail fuq ic.pupi.zanetti.malta@gmail.com jew billi jintbagħat messaġġ fuq in-numri 79536241 jew 99494762. Fil-messaġġ wieħed irid jinkludi wkoll ismu kif ukoll in-numru tal-karta ta’ l-identita’. Mhux ser jigu aċċettati konfermi b’permezz ta’ telefonati.
Il-biljetti tar-riċeviment jistgħu jinġabru dakinhar ta’ l-attivita.
L-istedina għall-ftuħ tal-klabb hija miftuħa biss għall-membri ta’ dan il-klabb. Huwa importanti li wieħed jikkonferma l-attendenza tiegħu għaliex dakinhar mhux se jkun aċċetat dħul mingħajr konferma ta’ l-invit. Huwa importanti li għall-ftuħ tal-klabb tippreżenta mall-bieb il-karta ta’ l-identita’ jew it-tessera tal-klabb.
Filwaqt li nirringrazzjawkom tas-sapport tagħkom, nħarsu ‘il quddiem sabiex narawkom fil-futur qarib.